Hekk Ikun

Hekk Ikun

 

Mur aqbadlu jdejh.

Mur zejjen il-kwiekeb mieghu.

Mur sorgi fuq il-lewn maghzul,

Mieghu.

 

Kollox mieghu.

Ja melodija tas-sejjieh,

Ara, mohhok hemm:

Ser titlaqli jdejja

Biex tmur hdejh,

U ara, hares sew,

Kif tmur tigri wara dak it-tifel

B’ghajnejh Zonqor u xaghru xemxi

U tbissimtu moderna daqs l-eternita’

– Araha titlaqli jdejja –

U qed tarani nispicca fix-xejn?

 

X’se jsir minni minghajra x’tip ta’ jien jien minghajra

Kif ha nghix hajja mehjuta min id dik il-hajja mohha biex tahrabli

Mohha biex tahrabli harba u thalli waraja harba melankolija

Xi dwejjaq dal-ferh x’ferh f’dan id-dwejjaq x’hajja

X’hajja risqa lejn il-mewt hajja muta truxa ghamja

Hajja tara kollox imma qatt ma tghix qatt ma tghix

U issa li telqitli jdejja x’fadali hlief maltemp

Maltemp.

 

Mela ghalfejn, ja ghanja, ja gharusa fiddiena,

Mela ghalfejn jien stess tlabta – bkejtila – sfurzajta –

Biex titlaqli jdejja?

Ghaliex li kieku ma tlaqtix

Kien jsehh dak li tant nixtieq

Li tibqa mieghi ghal dejjem ta’ dejjem.

 

Izda l-allat jikkastigaw billi jwetqu x-xewqat

Ghallura – hallejta – tlaqta – harabta –

Biex il-ferh u l-hena tieghi

Ma tkunx l-oppressjoni taghha

U forsi xi darba nitghallem nkun kuntent

Fil-melankolija tieghi

Ghax – wara kollox –

Din hija melankolija eqdem miz-zmien

Iktar naturali min-natura

Iktar inevitabli mil-mewt.

 

Ghallura, f’gieh il-kontinwita’,

Tlaqtila jdejha u hallejta tigri warajh

Ghavolja dak il-hin xtaqt noqtlu.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s